Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0270

    Kawża T-270/13: Rikors ippreżentat fl- 21 ta’ Mejju 2013 — SACBO vs Il-Kummissjoni u TEN-T EA

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 11–11 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/46


    Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Mejju 2013 — SACBO vs Il-Kummissjoni u TEN-T EA

    (Kawża T-270/13)

    2013/C 207/77

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (rappreżentanti: M. Muscardini, avukat, G. Greco, avukat)

    Konvenut: Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport, Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ikkunsidrat inammissibbli ċerti spejjeż esterni, u b’hekk naqqset il-kofinanzjament dovut u titlob il-ħlas lura ta’ EUR 158 517,54, bil-konsegwenzi legali kollha.

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013 adottata mit- Trans-European Transport Network Executive Agency (TEN-T EA), dwar “L-għeluq tal-proċedura 2009-IT-91407-S- Studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio” “Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4456 (1)”, sa fejn kkunsidrat bħala ineliġibbli u, għaldaqstant ma setgħux jibbenefikaw minn għajnuna, l-ispejjeż li jirrigwardaw l-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, li diġà twettqu, u titlob il-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 158 517,54.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament KE Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 Ġunju 2007, kif ukoll tal-Artikoli III.4.2.2 u III.4.2.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010) 4456 tal-24 ta’ Ġunju 2010.

    Hija ssostni f’dan ir-rigward li ma ġietx implementata l-proċedura ta’ ‘ilment’, fl-Artikolu 4.2.3 tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-finanzjament.

    (2)

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 17(2) u (6) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, tal-Artikolu 296(2) TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu II.2.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010) 4456 tal-24 ta’ Ġunju 2010.

    Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward:

    in-natura kontradittorja tal-motivazzjoni fil-punt fejn jingħad li kien hemm ‘frammentazzjoni tal-kuntratti’ inġustifikata, iżda min-naħa l-oħra tiddikjara li ‘s-suġġett tal-kuntratti’ huwa ‘tant konness’ li dawn l-istess kuntratti kellhom ikunu s-suġġett ta’ proċedura waħda ta’ għoti ta’ kuntratti;

    in-natura żbaljata tal-affermazzjoni dwar il-frammentazzjoni indebita ta’ għoti wieħed ta’ kuntratti peress li ġiet ikkontestata mill-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010) 4456, tal-24 ta’ Ġunju 2010,

    l-assenza ta’ kwalunkwe ‘splitting up’ tal-kuntratti jew ta’ xi ‘suddiviżjoni tal-proġetti’;

    l-inapplikabbiltà għall-kuntratti taħt il-limiti tad-Direttiva 2004/17/KE fl-assenza ta’ interess transkonfinali.

    (3)

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu I.3.1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010) 4456, tal-24 ta’ Ġunju 2010, tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-prinċipju ta’ aspetattivi leġittimi.

    Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward:

    in-natura kontradittorja tal-motivazzjoni peress illi hija kuntrarja għar-rikonoxximent u l-approvazzjoni li ngħataw diġà mit-TEN-T EA fuq SAP u ASR;

    il-konformità tal-attivitajiet imwettqa minn SACBO ma’ dawk l-attivitajiet suġġetti għall-kofinanzjament.

    (4)

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 40(2)(b)(ċ) u (d) tad-Direttiva 2004/17/KE

    Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward:

    l-inapplikabbiltà tad-Direttiva 2004/17/KE għall-kuntratti li huma suġġetti għal kofinanzjament għall-għan ta’ “studju” u “riċerka”;

    l-impossibbiltà li ssir sejħa miftuħa għall-għoti ta’ kuntratti minħabba t-termini imposti mid-Deċiżjoni ta’ kofinanzjament.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    Ir-rikorrenti tikkunsidra li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ssuġġettat il-ksur allegat għal reġim iktar gravi meta mqabbel ma’ dak previst għall-każ ta’ kanċellament tal-kofinanzjament.


    (1)  “Closure of Action no 2009-IT-91407-S- ‘STUDY FOR BERGAMO-ORIO AL SERIO AIRPORT DEVELOPMENT INTERMODALITY’ — Commission Decision C(2010) 4456”


    Top