EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0269
Case T-269/13 P: Appeal brought on 19 May 2013 by Markus Brune against the judgment of the Civil Service Tribunal of 21 March 2013 in Case F-94/11 Brune v Commission
Kawża T-269/13 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Mejju 2013 minn Markus Brune mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 21 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża F-94/11, Brune vs Il-Kummissjoni
Kawża T-269/13 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Mejju 2013 minn Markus Brune mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 21 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża F-94/11, Brune vs Il-Kummissjoni
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 11–11
(HR)
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/45 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2013 minn Markus Brune mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża F-94/11, Brune vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-269/13 P)
2013/C 207/76
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Markus Brune (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Filwaqt li jtenni t-talbiet esposti fl-ewwel istanza, l-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża F-94/11; sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell u dawk tal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka b’mod partikolari dan li ġej:
(1) |
Applikazzjoni żbaljata tal-obbligu ta’ repetizzjoni tal-eżami orali
|
(2) |
Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ soluzzjonijiet alternattivi
|
(3) |
Sussidjarjament, evalwazzjoni żbaljata tad-difetti proċedurali li vvizzjaw il-preparazzjoni tal-eżami l-ġdid
|
(4) |
Evalwazzjoni żbaljata tal-inammissibbiltà tat-tielet, tar-raba’ u tal-ħames kapi tat-talbiet
|
(5) |
Natura diskriminatorja tad-deċiżjoni fuq l-ispejjeż |
L-appellant jikkunsidra li s-sentenza appellata tiddiskriminah meta mqabbel mar-rikorrent fil-Kawża F-42/11 (Honnefelder vs Il-Kummissjoni), peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rrifjuta li jeżamina favur tiegħu ċirkustanza li madankollu hija rilevanti fil-kawża Honnefelder fis-sens tal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.