Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0125

    Kawża T-125/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Marzu 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/44


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-125/13)

    2013/C 114/67

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 9448 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2012, innotifikata fl-20 ta’ Diċembru, dwar żidiet fil-kapital magħmula mill-kumpannija SEA S.p.A. favur SEA Handling SpA;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    F’din il-kawża, l-Istat rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, fejn hija ddikjarat li l-miżuri stabbiliti minn SEA Spa, kumpannija li tmexxi l-ajruporti ta’ Milano Malpensa u Milano Linate, favur is-sussidjarja tagħha SEA Handling SpA, responsabbli għat-tmexxija tas-servizzi ta’ assistenza fuq l-art fl-istess ajruporti — miżuri li essenzjalment jikkonsistu f’injezzjonijiet ripetuti ta’ kapital sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf fl-operat — jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali.

    F’dan ir-rigward huwa affermat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali, li konsegwentement ħolqu wkoll aspettattivi leġittimi fi ħdan id-destinatarji rigward il-legalità tal-miżuri, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura sħiħa, u b’mod partikolari tal-istħarriġ preliminari, jew minħabba d-dubji dwar id-deċiżjonijiet u l-aġir adottati mill-Kummissjoni matul l-istess proċedura.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, f’dan il-każ ksur tad-dritt għal smigħ u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni.

    Fuq dan il-punt huwa affermat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tad-dritt għal smigħ u tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet, minħabba l-estensjoni tas-suġġett taħt l-iskrutinju tal-Kummissjoni għal perijodu li huwa barra mill-portata tad-deċiżjoni li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108(3) TFUE u rikostruzzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti dwar l-imputabbiltà tal-miżuri kkontestati lill-awtoritajiet pubbliċi.

    Għall-Gvern rikorrent, id-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta tqis il-miżuri kkontestati bħala imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi mingħajr, madankollu, ma tipprovdi prova adegwata u motivazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward.

    (4)

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108(3) TFUE u rikostruzzjoni żbaljata tal-fatti, kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni dwar l-imputabbiltà tal-miżuri kkontestati lill-awtoritajiet pubbliċi.

    F’dan ir-rigward huwa affermat li d-deċiżjoni inkwistjoni tiżbalja meta tikkunsidra li l-aġir ta’ SEA ma kienx dak ta’ operatur prudenti fl-ekonomija tas-suq mingħajr, madankollu, ma tipprovdi prova adegwata u motivazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward.


    Top