Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0083

    Kawża T-83/13 P: Appell ippreżentat fil- 11 ta’ Frar 2013 minn BS mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 12 ta’ Frar 2012 fil-Kawża F-90/11, BS vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 101, 6.4.2013, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/29


    Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 minn BS mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Frar 2012 fil-Kawża F-90/11, BS vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-83/13 P)

    2013/C 101/58

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: BS (Messina, l-Italja) (rappreżentant: C. Pollicino, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellant

    tiddikjara dan l-att tal-appell ammissibbli u fondat;

    tannulla s-sentenza kkontestata;

    tikkonferma li r-“Regolamenti komuni dwar l-assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatat max-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej”, ikopru “s-sistema kollha tal-ġilda” u mhux biss “il-ħruq fil-fond u ċ-ċikatriċi patoloġiċi tas-sistema tal-ġilda”;

    tipprovdi li jkun kostitwit bord mediku ġdid, bil-kompitu li jirrevedi il-każ tal-appellant;

    tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Dan l-appell ippreżentat kontra s-sentenza li ċaħdet rikors intiż, essenzjalment, għall-annullament tad-deċiżjoni li biha l-awtorità li għandha s-setgħa tal-ħatra kkonkludiet il-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea fejn iddikjarat li ma kienx hemm ħsara għall-integrità psikofiżika, bħala riżultat ta’ aggressjoni subita mill-appellant.

    Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

    (1)

    L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 22(3) tar-Regolamenti dwar l-assigurazzjoni.

    Huwa ddikjarat f’dan ir-rigward li, kuntrarjament għal din id-dispożizzjoni, il-bord mediku ma ddeċidiex b’mod kolleġġjali u, barra minn hekk, meta kkonfrontat bi problema legali, huwa ma ddikjarax lilu nnifsu inkompetenti.

    (2)

    It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 73 tat-Tabella ta’ Riferiment Ewropea għall-evalwazzjoni tal-ħsara psikofiżika għall-finijiet mediċi.

    Skont l-appellant, bis-sentenza kkontestata t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors mingħajr ma pprovda l-interpretazzjoni mixtieqa u preċiża dwar il-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk ir-Regolamenti komuni msemmija jkoprux s-sistema kollha tal-ġilda, jew, pjuttost, il-ħruq fil-fond u ċ-ċikatriċi patoloġiċi tas-sistema tal-ġilda.


    Top