This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0015
Case T-15/13: Action brought on 7 January 2013 — Group Nivelles v OHIM — Easy Sanitairy Solutions (Representation of a shower drainage pipe)
Kawża T-15/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — Group Nivelles vs UASI — Easy Sanitairy Solutions (Rappreżentazzjoni ta’ pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)
Kawża T-15/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — Group Nivelles vs UASI — Easy Sanitairy Solutions (Rappreżentazzjoni ta’ pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)
ĠU C 108, 13.4.2013, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/28 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Group Nivelles vs UASI — Easy Sanitairy Solutions (Rappreżentazzjoni ta’ pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa)
(Kawża T-15/13)
2013/C 108/72
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Group Nivelles (Gingelom, il-Belġju) (rappreżentant: H. Jonkhout, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Easy Sanitairy Solutions BV (Losser, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ 2004/2010-3 u, f’dan il-każ wara korrezzjoni tal-motivi, tapprova d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ ICD 000007024, b’notifika ta’ din id-deċiżjoni mirċevija fl-1 ta’ Ottubru 2010. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn li jirrappreżenta pajp għall-evakwazzjoni tal-ilma tad-doċċa — disinn Komunitarju Nru 107834-0025
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Easy Sanitary Solutions BV
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Nru 6/2002
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: nullità tad-disinn
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati: d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell hija bbażata fuq raġunijiet żbaljati u fuq kriterji ta’ paragun żbaljati fil-fatt