EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0057

Kawża T-57/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Marzu 2014 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Użu ta’ apparat għal lotterija vidjo — Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva — Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat — Ittra indirizzata lil-lanjanti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà” )

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2014 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Użu ta’ apparat għal lotterija vidjo - Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat - Ittra indirizzata lil-lanjanti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

2014/C 159/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Club Hotel Loutraki AE (Loutraki, il-Greċja); Vivere Entertainment AE (Ateni, il-Greċja); Theros International Gaming, Inc. (Patras, il-Greċja); Elliniko Casino Kerkyras (Ateni); Casino Rodos (Rhodes, Ateni); u Porto Carras AE (Alimos, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u P. J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. M. Mamouna, aġent); u Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (Ateni) (rappreżentanti: inizjalment K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitor, L. Van den Hende u M. Sánchez Rydelski, avukati, sussegwentement M. Petite u A. Tomtsis, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar ilment indirizzat mir-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil OPAP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos u Porto Carras AE huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


Top