Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0664

Kawża T-664/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2015 – Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PETCO — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PETCO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Motif li ma jsostnix it-talbiet — Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Inammissibbiltà”)

ĠU C 406, 7.12.2015, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2015 – Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO)

(Kawża T-664/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PETCO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PETCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Motif li ma jsostnix it-talbiet - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Inammissibbiltà”))

(2015/C 406/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petco Animal Supplies Stores, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Domingo Gutiérrez Ariza (Malaga, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 347/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Domingo Gutiérrez Ariza u Petco Animal Supplies Stores, Inc.,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Petco Animal Supplies Stores, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.


Top