Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0609

    Kawża T-609/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY) [ “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY — Trade mark li hija kkostitiwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tarRegolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)

    (Kawża T-609/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY - Trade mark li hija kkostitiwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tarRegolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 089/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment I. Harrington, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 572/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbal SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


    Top