Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0428

    Kawża T-428/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – IOC-UK vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni”)

    ĠU C 371, 9.11.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 371/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – IOC-UK vs Il-Kunsill

    (Kawża T-428/13) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni”))

    (2015/C 371/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, M. Gambardella, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u V. Kaye, sussegwentement V. Kaye, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013 tas- 6 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 313 tas-26/10/2013.


    Top