Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0001

Kawża T-1/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Lulju 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Montres Tudor (GLAMOUR) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali GLAMOUR — Trade mark internazzjonali preċedenti TUDOR GLAMOUR — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 282, 25.8.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Montres Tudor (GLAMOUR)

(Kawża T-1/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali GLAMOUR - Trade mark internazzjonali preċedenti TUDOR GLAMOUR - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 282/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab, H. Lauf u V. Ahmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Montres Tudor SA (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. P. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa u C. Sueiras Villalobos, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 213/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Montres Tudor SA u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


Top