This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013FN0050
Case F-50/13: Action brought on 22 May 2013 — ZZ v Commission
Kawża F-50/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-50/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 16–16
(HR)
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/63 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/13)
2013/C 207/112
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddeċiedi fuq it-talba għal kumpens komplementari, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens sħiħ għad-danni materjali u morali li huwa ġarrab minħabba l-marda tiegħu kkaġunata mix-xogħol u għall-multipliċi irregolaritajiet li vvizzjaw l-ipproċessar tat-talba tiegħu bbażata fuq l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awwissu 2012, li tiddeċiedi fuq it-talba għal kumpens komplementari skont id-dritt komuni u l-artikoli rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal, imressqa mir-rikorrent fit-18 ta’ April 2010 fuq il-bażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fil-25 ta’ Ottubru 2012 fuq il-bażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 1 798 650 għal kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali mġarrba minħabba l-marda kkaġunata mix-xogħol u li jistgħu jiġu kkumpensati skont il-prinċipju ta’ kumpens sħiħ tad-dritt komuni, wara tnaqqis magħmul tal-kumpens mogħti skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, eventwalment irrevedut mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Kawża F-142/12 li għandha pendenti; |
— |
jagħti lir-rikorrent somma ta’ EUR 145 850 għad-dannu morali li jirriżulta min-nuqqasijiet imwettqa mill-Kummissjoni kontra r-rikorrent; |
— |
jagħti lir-rikorrent ir-rimbors tal-ispejjeż legali u spejjeż oħrajn imġarrba, u tal-interessi moratorji u tal-interessi l-oħrajn kollha għal ħlas li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis ġust u xieraq, dekorribbli minn Diċembru 2004, data li fiha d-danni mġarrba mir-rikorrent setgħu jiġu kkalkolati u kkumpensati; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |