Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FB0032

    Kawża F-32/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 27 ta’ Frar 2014 – Walton vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku  — Membru tal-Persunal temporanju  — Allowance għall-firda  — Riżenja kkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej  — Determinazzjoni tad-data tar-riżenja  — Awtorità ta’ res judicata  — Deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li saru definittivi fl-assenza ta’ rikorsi kontenzjużi  — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva minn qabel  — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 142, 12.5.2014, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/56


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Walton vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-32/13) (1)

    ((Servizz Pubbliku - Membru tal-Persunal temporanju - Allowance għall-firda - Riżenja kkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej - Determinazzjoni tad-data tar-riżenja - Awtorità ta’ res judicata - Deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li saru definittivi fl-assenza ta’ rikorsi kontenzjużi - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva minn qabel - Inammissibbiltà manifesta))

    2014/C 142/76

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba intiża għall-kisba tar-rimbors tal-bilanċ mhux imħallas li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallas lir-rikorrent bħala allowance għall-firda.

    Dispożittiv tad-digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    R. Walton għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 58.


    Top