Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0059

    Kawża F-59/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ April 2014 – Rouffaud vs SEAE (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt — Proċedura prekontenzjuża — Regola ta’ konkordanza — Modifika tal-kawża ta’ kapijiet ta’ kontestazzjoni)

    ĠU C 159, 26.5.2014, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 159/39


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Rouffaud vs SEAE

    (Kawża F-59/13) (1)

    ((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konkordanza - Modifika tal-kawża ta’ kapijiet ta’ kontestazzjoni))

    2014/C 159/53

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Thierry Rouffaud (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Coolen, É. Marchal, S. Orlandi u D. Abreu Caldas, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    T. Rouffaud għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


    (1)  ĠU C 233, 10.08.2013, p. 14.


    Top