This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CO0210
Order of the Court (Eighth Chamber), 14 November 2013.#Glaxosmithkline Biologicals SA and Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG v Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks.#Request for a preliminary ruling from the High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division.#Medicinal products for human use — Supplementary protection certificate — Regulation (EC) No 469/2009 — Concepts of ‘active ingredient’ and ‘combination of active ingredients’ — Adjuvant.#Case C‑210/13.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013.
Glaxosmithkline Biologicals SA u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG vs Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division.
Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Kunċetti ta’ ‘ingredjent attiv’ u ta’ ‘kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi’ — Adjuvant.
Kawża C‑210/13.

Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2013:762
*A9* High Court of Justice (Chancery Division), order of 25/03/2013 (CH/2013/0043)
- Gewerblicher Rechtsschutz und Urheberrecht INT 2013 p.552-559
- Dack, Simon: Aanvullende beschermingscertificaten onder het nieuwe unitair octrooisysteem - wat nu?, Intellectuele eigendom & Reclamerecht 2013 p.205-212
Kawża C‑210/13
Glaxosmithkline Biologicals SA
u
Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG
vs
Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division]
“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Kunċetti ta’ ‘ingredjent attiv’ u ta’ ‘kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi’ — Adjuvant”
Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Proprjetà industrijali u kummerċjali – Dritt ta’ privattiva – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali – Kunċett ta’ “ingredjent attiv” ta’ prodott mediċinali – Interpretazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tas-sens normali tal-kliem
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 469/2009)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Proprjetà industrijali u kummerċjali – Dritt ta’ privattiva – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali – Kunċett ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali” – Kombinazzjoni li tassoċja sustanza li għandha effetti terapewtiċi u adjuvant li jippermettu li l-effikaċja terapewtika tal-ewwel sustanza tikber minkejja li hija nieqsa minn effett terapewtiku proprju – Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 469/2009, Artikolu 1(b))
Fl-assenza ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ “ingredjent attiv” fir-Regolament Nru 469/2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dawn il-kliem għandhom jiġu stabbiliti billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest ġenerali li fih jintużaw, u konformement mat-tifsira normali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum. F’dan il-każ, l-espressjoni “ingredjent attiv”, fl-applikazzjoni normali tagħha fil-farmakoloġija, ma tinkludix is-sustanzi fil-kombinazzjoni ta’ prodott mediċinali li ma jeżerċitawx azzjoni proprja fuq l-organiżmu tal-bniedem jew tal-annimal.
(ara l-punti 27, 28)
L-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, hekk kif adjuvant ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “ingredjent attiv”, kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi fejn waħda minnhom hija ingredjent attiv li għandu effetti terapewtiċi proprji filwaqt li l-oħra, adjuvant, tippermetti li dawn l-effetti terapewtiċi jikbru iżda, waħedha, hija nieqsa minn effett terapewtiku proprju, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi”.
(ara l-punt 45 u d-dispożittiv)
Kawża C‑210/13
Glaxosmithkline Biologicals SA
u
Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG
vs
Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division]
“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Kunċetti ta’ ‘ingredjent attiv’ u ta’ ‘kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi’ — Adjuvant”
Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Dritt ta’ privattiva — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Kunċett ta’ “ingredjent attiv” ta’ prodott mediċinali — Interpretazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tas-sens normali tal-kliem
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 469/2009)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Leġiżlazzjonijiet uniformi — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Dritt ta’ privattiva — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Kunċett ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali” — Kombinazzjoni li tassoċja sustanza li għandha effetti terapewtiċi u adjuvant li jippermettu li l-effikaċja terapewtika tal-ewwel sustanza tikber minkejja li hija nieqsa minn effett terapewtiku proprju — Esklużjoni