Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0662

    Kawża C-662/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit- 13 ta’ Diċembru 2013 — Surgicare — Unidades de Saúde SA vs Fazenda Pública

    ĠU C 78, 15.3.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — Surgicare — Unidades de Saúde SA vs Fazenda Pública

    (Kawża C-662/13)

    2014/C 78/06

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Surgicare — Unidades de Saúde SA

    Konvenuta: Fazenda Pública

    Domanda preliminari

    F’kuntest fejn l-amministrazzjoni fiskali tissuspetta li teżisti prattika abbużiva intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors tal-VAT u li fiha d-dritt Portugiż jipprovdi proċedura minn qabel obbligatorja applikabbli għall-prattiki abbużivi fil-qasam fiskali, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din il-proċedura ma tistax tapplika fil-qasam tal-VAT, fid-dawl tal-oriġini Komunitarja ta’ din it-taxxa?


    Top