Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0525

    Kawża C-525/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fit- 3 ta’ Ottubru 2013 — Vlaams Gewest vs Heidi Van Den Broeck

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Vlaams Gewest vs Heidi Van Den Broeck

    (Kawża C-525/13)

    2013/C 377/12

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Cassatie van België

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Vlaams Gewest

    Konvenuta: Heidi Van Den Broeck

    Domanda preliminari

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 (1), tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità [stabbiliti] permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE[E]) Nru 3508/92, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rifjut li tingħata, għas-sena kalendarja inkwistjoni, “taħt l-iskema ta’ għajnuna konċernata”, l-“għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat ma’ [taħt] l-Artikolu 31(2)” jikkonċerna l-ammont dovut skont l-“iskema ta’ għajnuna konċernata” kif prevista fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 (2), tas-27 ta’ Novembru 1992, li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità, b’tali mod li l-għajnuna li għandha tiġi rrifjutata ma hijiex biss l-għajnuna għall-“grupp ta’ kultivazzjoni” kkonċernat iżda għandu jiġi rrifjutat l-ammont kollu tal-għajnuna taħt waħda mill-iskemi msemmija f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar u li jagħmel parti minnha l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 308.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 223.


    Top