Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0408

    Kawża C-408/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit- 18 ta’ Lulju 2013 — Barbara Huber vs Manfred Huber

    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 10–11 (HR)

    21.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Lulju 2013 — Barbara Huber vs Manfred Huber

    (Kawża C-408/13)

    2013/C 274/26

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Karlsruhe

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Barbara Huber

    Konvenut: Manfred Huber

    Domanda preliminari

    Huwa kompatibbli mal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1)

    jekk ikun ipprovdut fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(1) tal-Gesetzes zur Geltendmachung von Unterhaltsansprüchen im Verkehr mit ausländischen Staaten [Liġi Ġermaniża dwar l-irkupru tal-manteniment fir-relazzjonijiet mal-Istati barranin] (Auslandsunterhaltsgesetz — AUG),

    li jekk parti kkonċernata ma jkollhiex ir-residenza abitwali tagħha fil-Ġermanja, il-qorti li għandha tiddeċiedi esklużivament f’kawżi dwar manteniment li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 hija l-qorti lokali li għandha ġurisdizzjoni għall-post fejn għandha s-sede tagħha l-qorti reġjonali ogħla li hija fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni fejn il-konvenut jew il-kreditur ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom?


    (1)  ĠU L 7, p. 1.


    Top