This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0392
Case C-392/13: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Social No 33, Barcelona (Spain) lodged on 9 July 2013 — Andrés Rabal Cañas v Nexea Gestión Documental, S.A., Fondo de Garantía Salarial
Kawża C-392/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fid- 9 ta’ Lulju 2013 — Andrés Rabal Cañas vs Nexea Gestión Documental S.A., Fondo de Garantía Salarial
Kawża C-392/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fid- 9 ta’ Lulju 2013 — Andrés Rabal Cañas vs Nexea Gestión Documental S.A., Fondo de Garantía Salarial
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, p. 27–27
(HR)
7.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/36 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2013 — Andrés Rabal Cañas vs Nexea Gestión Documental S.A., Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-392/13)
2013/C 260/65
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrés Rabal Cañas
Konvenuti: Nexea Gestión Documental S.A., Fondo de Garantia Salarial
Domandi preliminari
(1) |
Peress li jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu “tkeċċijiet mix-xogħol minn min iħaddem għal raġuni waħda jew aktar mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati”, skont il-limitu numeriku indikat, il-kunċett ta’ “redundancies kollettivi” stabbilit fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59 (1) għandu jiġi interpretat — fid-dawl tal-portata Komunitarja tiegħu — fis-sens li jipprekludi jew jopponi li r-regola ta’ integrazzjoni jew ta’ traspożizzjoni fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kunċett għal tipi partikolari ta’ terminazzjoni, jiġifieri dawk għal raġunijiet “ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi jew produttivi”, kif jagħmel l-Artikolu 51(1) tal-Estatuto de los Trabajodores? |
(2) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tan-numru ta’ tkeċċijiet li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex każ ta’ “redundancy kollettiva” skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 — kemm jekk “tkeċċijiet mix-xogħol minn min iħaddem” (subparagrafu a) jew ta’ “termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar-redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies” (it-tieni subparagrafu) — għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni t-terminazzjonijiet individwali dovuti għall-iskadenza ta’ kuntratt għal żmien determinat (konkluż għal perijodu ta’ żmien, kompitu jew servizz miftehma minn qabel) kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 49(1)(c) tal-Estatuto de los Trabajodores? |
(3) |
Il-kunċett ta’ “redundancies kollettivi effettwat taħt kuntratti tax-xogħol konklużi għal perjodi limitati taż-żmien jew għal xogħlijiet speċifiċi” imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 98/59, li jippermetti li tali direttiva ma tapplikax, huwa esklużivament iddefinit bil-kriterju strettament kwantitattiv tal-Artikolu 1(a) jew jeħtieġ barra minn hekk li l-klawżola tat-terminazzjoni kollettiva tirriżulta mill-istess qafas ta’ reklutaġġ kollettiv għall-istess tul, għall-istess servizz jew għall-istess kompitu? |
(4) |
Bħala “kunċett tad-dritt Komunitarju” essenzjali għad-definizzjoni ta’ “redundancies kollettivi” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, u fid-dawl tal-istandard minimu ta’ din id-direttiva, stabbilit fl-Artikolu 5 tagħha, il-kunċett ta’ “stabbiliment” jawtorizza interpretazzjoni li tippermetti li r-regola ta’ traspożizzjoni u ta’ integrazzjoni fil-leġiżlazzjoni interna tal-Istat Membru — l-Artikolu 1(1) tal-Estatuto de los Trabajadores fil-każ ta’Spanja — torbot il-kamp tal-kalkolu tal-livell numeriku esklużivament mal-“impriża” fl-intier tagħha, bl-esklużjoni ta’ sitwazzjonijiet fejn, kieku l-“istabbiliment” tqies bħala unità ta’ referenza, il-livell numeriku previst minn din id-dispożizzjoni kien jiġi eċċess? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327)