Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0378

    Kawża C-378/13: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 23–23 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/31


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-378/13)

    2013/C 260/58

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u A. Alcover San Pedro)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li r-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Ottubru 2005, fil-Kawża C-502/03, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni penali ta’ EUR 71 193,60 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-502/03, li tibda tiddekorri mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ġurnata tal-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża C-502/03;

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 7 786,80, li tibda tiddekorri mill-ġurnata tal-għoti tas-sentenza fil-Kawża C-502/03 sal-ġurnata tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża jew sal-ġurnata tal-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-502/03, jekk din tingħata qabel.

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    (1)

    Fis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Ottubru 2005, fil-Kawża C-502/03, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li ġej:

    (1)

    Ir-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura l-osservanza tal-Artikoli 4, 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KE, tat-18 ta’ Marzu 1991, kisret l-obbligi tagħha skont din id-direttiva.

    (2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (2)

    L-Artikolu 260(1) TFUE jipprovdi li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li stat Membru jkun naqas milli jwettaq xi obbligu taħt it-Trattati, l-Istat ikun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jimxi mas-sentenza tal-Qorti.

    (3)

    Il-Kummissjoni, fl-osservanza tal-fażi prekontenzjuża, kif irregolata mill-Artikolu 260 TFUE, bagħtet lir-Repubblika Ellenika ittra ta’ intimazzjoni u ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali, li permezz tagħhom stednitha tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha rigward it-teħid ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq.

    (4)

    Wara li evalwat ir-risposti pprovduti mir-Repubblika Ellenika għall-ittri msemmija iktar ’il fuq u, b’mod partikolari, it-tmien rapporti ta’ progress fl-attwazzjoni prodotti mir-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni kkonstatat li r-Repubblika Ellenika kienet għadha ma adottatx, wara iktar minn seba’ snin mid-data tal-għoti tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq, il-miżuri kollha neċessarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2005, fil-Kawża C-502/03, u ddeċidiet li tippreżenta rikors kif previst mill-Artikolu 260(2) TFUE.


    Top