Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0366

    Kawża C-366/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl- 1 ta’ Lulju 2013 — Profit Investment SIM SpA, fi stralċ vs Stefano Ossi u Commerzbank AG

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 21–22 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-1 ta’ Lulju 2013 — Profit Investment SIM SpA, fi stralċ vs Stefano Ossi u Commerzbank AG

    (Kawża C-366/13)

    2013/C 260/55

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Profit Investment SIM SpA, fi stralċ

    Konvenuti: Stefano Ossi u Commerzbank AG

    Domandi preliminari

    (1)

    Ir-rabta bejn kawżi differenti, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament 44/2001 (1), tista’, jew le, titqies li teżisti f’każ fejn is-suġġett tal-pretensjonijiet imressqa fiż-żewġ azzjonijiet huwa differenti, bħalma huwa differenti t-titolu li abbażi tiegħu tressqu l-pretensjonijiet, mingħajr ma jkun hemm rabta ta’ sussidjarjetà jew ta’ inkompatibbiltà loġiko-legali bejniethom, iżda fejn l-eventwali rikonoxximent tal-fondatezza ta’ waħda minnhom tista’, fil-fatt, potenzjalment taffettwa l-portata tad-dritt li l-protezzjoni tiegħu hija mitluba fil-kuntest tal-pretensjoni l-oħra?

    (2)

    Il-kundizzjoni li l-klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni għandha tkun bil-miktub, stabbilita fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament 44/20001 tista’, jew le, titqies sodisfatta fil-każ ta’ inklużjoni ta’ tali klawżola fid-dokument (Information Memorandum) redatt b’mod unilaterali minn min ħareġ il-bonds, bil-konsegwenza li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-kawżi li jinvolvu kwalunkwe persuna ulterjuri li takkwista dawn il-bonds fir-rigward tal-validità tagħhom issir applikabbli? Jew jekk le, wieħed jista’ jqis li l-inklużjoni tal-klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni fid-dokument li huwa intiż li jirregola ħruġ ta’ bonds iddestinati li jiċċirkolaw b’mod transkonfinali tikkorrispondi għal forma li hija aċċettata mill-użanzi tal-kummerċ internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 23(1)(ċ) tal-istess regolament?

    (3)

    Il-“materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt [materja kuntrattwali]” msemmija fl-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament għandha tinftiehem bħala li hija limitata biss għall-kawżi fejn wieħed ikollu l-intenzjoni li jinvoka r-relazzjoni legali li tirriżulta mill-kuntratt, kif ukoll għal dawk li jiddependu b’mod mill-qrib minn din ir-relazzjoni, jew testendi ruħha anki għall-kawżi fejn ir-rikorrenti, iktar milli tinvoka l-kuntratt, tikkontesta l-eżistenza ta’ rabta kuntrattwali legalment valida u hija intiża li tikseb ir-restituzzjoni ta’ dak li tħallas abbażi ta’ titolu li, skontha, huwa nieqes minn kull valur legali?


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


    Top