Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0365

    Kawża C-365/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl- 1 ta’ Lulju 2013 — Ordre des architectes vs État belge

    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 274, 21.9.2013, p. 3–3 (HR)

    21.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-1 ta’ Lulju 2013 — Ordre des architectes vs État belge

    (Kawża C-365/13)

    2013/C 274/11

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ordre des architectes

    Konvenut: État belge

    Domanda preliminari

    Sa fejn jobbligaw kull Stat Membru li jirrikonoxxi fir-rigward ta’ provi ta’ kwalifikiformali li huma jirrikjedu, għall-aċċess għal attivitajiet professjonali u l-eżerċizzju tagħhom, l-istess effett fit-territorju tiegħu bħall-provi ta’ kwalifiki formali mogħtija minnu, l-Artikoli 21 u 49 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (1) għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu Stat milli jirrikjedi li sabiex jiġi inkluż f’reġistru tal-Ordre des architectes, id-detentur ta’ prova ta’ kwalifiki formali ta’ perit b’mod konformi mal-Artikolu 46 tal-imsemmija direttiva jew dak ta’ kwalifika imsemmija fl-Artikolu 49(1), għandu, barra minn hekk, jissodisfa kundizzjonijiet ta’ perijodu ta’ prova professjonali jew ta’ esperjenza, ekwivalenti għal dawk li huma rikjesti mid-detenturi ta’ diplomi mogħtija fit-territorju tiegħu wara l-kisba ta’ dawn tal-aħħar?


    (1)  ĠU L 255, p. 22.


    Top