Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0321

    Kawża C-321/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 4–4 (HR)

    3.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/8


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-321/13)

    (2013/C 226/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u N. Yerrell, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/61/UE, tat-2 ta’ Settembru 2010, li tadatta għall-ewwel darba l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress tekniku u xjentifiku (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva;

    tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/61/UE, tat-2 ta’ Settembru 2010, skada fit-30 ta’ Ġunju 2011.


    (1)  ĠU L 233, p. 27.


    Top