This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0028
Case C-28/13 P: Appeal brought on 18 January 2013 by Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 29 November 2012 in Case T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP v European Central Bank
Kawża C-28/13 P: Appell ippreżentat fit- 18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid- 29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
Kawża C-28/13 P: Appell ippreżentat fit- 18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid- 29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU C 101, 6.4.2013, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/9 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża C-28/13 P)
2013/C 101/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP (rappreżentant: M. Stephens, R. Lands, Solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet tal-appellanti
— |
tħassar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10. Għandha tagħmel dan abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta waslet għal dik id-deċiżjoni; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru 2010 u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba mill-appellanti skont id-deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta’ Marzu 2004 (BĊE/2004/3) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-BĊE (1). Il-Qorti għandha tannulla dik id-deċiżjoni abbażi tal-fatt li:
|
— |
tħassar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ordnat lill-appellanti jħallsu l-ispejjeż tal-BĊE. Għandha tagħmel dan abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta waslet għal dik id-deċiżjoni. |
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġusitzzja dwar il-punti ta’ liġi rilevati f’dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jirrilevaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi:
— |
billi interpretat ħażin l-Artikolu 4.1(a) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 (BĊE/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
billi affermat li l-BĊE kellu d-dritt jikkonkludi li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba mill-appellanti kien jimmina l-politika ekonomika tal-UE u tal-Greċja; |
— |
billi interpretat ħażin l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem; |
— |
billi naqset milli tikkunsidra l-kontestazzjonijiet tal-appellanti fil-konfront tal-Artikolu 4.2 u 4.3 tad-deċiżjoni tal-BĊE; |
— |
l-appellanti jissottomettu wkoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat fir-rigward tal-ispejjeż. |
(1) ĠU L 80, p. 42