Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex
Dokument 62013CN0009
Case C-9/13: Action brought on 7 January 2013 — European Commission v Republic of Slovenia
Kawża C-9/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
Kawża C-9/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
ĠU C 63, 2.3.2013, s. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/15 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-9/13)
2013/C 63/25
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, P. Hetsch u O. Beynet)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (2) jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatax tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 54(1) tal-imsemmija direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagament ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 10 287,36 mill-jum li fih tingħata s-sentenza f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU L 211, p. 94.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 13.