Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0554

    Kawża C-554/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Z. Zh. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs I. O. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Artikolu 7(4) — Kunċett ta’ “riskju għall-ordni pubbliku” — Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu milli jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem)

    ĠU C 270, 17.8.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20150731023616742015/C 270/035542013CJC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL201506113311

    Kawża C-554/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Z. Zh. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs I. O. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Artikolu 7(4) — Kunċett ta’ “riskju għall-ordni pubbliku” — Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu milli jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem)

    Top

    C2702015MT310120150611MT00033131

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Z. Zh. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs I. O.

    (Kawża C-554/13) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Artikolu 7(4) — Kunċett ta’ “riskju għall-ordni pubbliku” — Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu milli jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem)”

    2015/C 270/03Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Z. Zh., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, I. O.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu jitqies li jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-motiv biss li dan iċ-ċittadin ikun issuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att.

    2)

    L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt kriminali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att, elementi oħra, bħan-natura u l-gravità ta’ dan l-att, iż-żmien li jkun għadda mit-twettiq tiegħu, kif ukoll iċ-ċirkustanza li dan iċ-ċittadin kien qed jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru meta kien arrestat mill-awtoritajiet nazzjonali, jistgħu jkunu rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-imsemmi ċittadin jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, huwa wkoll rilevanti, jekk ikun il-każ, kull element li jirrigwarda l-affidabbiltà tas-suspett tar-reat li bih ġie kkritikat iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat.

    3)

    L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu mill-opportunità, offruta minn din id-dispożizzjoni, li jinżamm milli jingħata terminu ta’ tluq volontarju meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku ma jeħtieġx eżami mill-ġdid tal-elementi li diġà ġew eżaminati sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ dan ir-riskju. Kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika ta’ Stat Membru fil-qasam għandha madankollu tiggarantixxi li jiġi vverifikat każ b’każ jekk l-assenza ta’ terminu ta’ tluq volontarju jkunx kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ta’ dan iċ-ċittadin.


    ( 1 ) ĠU C 9, 11.01.2014.

    Top