EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0482

Kawżi Magħquda C-482/13, C-484/13, C-485/13 u C-487/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Marchena – Spanja) – Unicaja Banco, SA vs José Hidalgo Rueda et (C-482/13), Caixabank SA vs Manuel María Rueda Ledesma (C-484/13), Rosario Mesa Mesa (C-484/13), José Labella Crespo (C-485/13), Rosario Márquez Rodríguez (C-485/13), Rafael Gallardo Salvat (C-485/13), Manuela Márquez Rodríguez (C-485/13), Alberto Galán Luna (C-487/13), Domingo Galán Luna (C-487/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi — Kuntratti ipotekarji — Klawżoli ta’ interessi moratorji — Klawżoli inġusti — Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki — Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali)

ĠU C 107, 30.3.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Marchena – Spanja) – Unicaja Banco, SA vs José Hidalgo Rueda et (C-482/13), Caixabank SA vs Manuel María Rueda Ledesma (C-484/13), Rosario Mesa Mesa (C-484/13), José Labella Crespo (C-485/13), Rosario Márquez Rodríguez (C-485/13), Rafael Gallardo Salvat (C-485/13), Manuela Márquez Rodríguez (C-485/13), Alberto Galán Luna (C-487/13), Domingo Galán Luna (C-487/13)

(Kawżi Magħquda C-482/13, C-484/13, C-485/13 u C-487/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi - Kuntratti ipotekarji - Klawżoli ta’ interessi moratorji - Klawżoli inġusti - Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki - Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali))

(2015/C 107/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Marchena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unicaja Banco, SA, Caixabank SA

Konvenuti: José Hidalgo Rueda, María del Carmen Vega Martín, Gestión Patrimonial Hive SL, Francisco Antonio López Reina, Rosa María Hidalgo Vega (C-482/13), Manuel María Rueda Ledesma (C-484/13), Rosario Mesa Mesa (C-484/13), José Labella Crespo (C-485/13), Rosario Márquez Rodríguez (C-485/13), Rafael Gallardo Salvat (C-485/13), Manuela Márquez Rodríguez (C-485/13), Alberto Galán Luna (C-487/13), Domingo Galán Luna (C-487/13)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki hija obbligata li tikkalkola mill-ġdid is-somom dovuti abbażi ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li tipprevedi interessi moratorji li r-rata tagħhom hija iktar minn tliet darbiet ir-rata statutorja, sabiex l-ammont ta’ dawn l-interessi ma jeċċedix dan il-limitu, sakemm l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali:

hija bla ħsara għall-evalwazzjoni minn din il-qorti nazzjonali tan-natura inġusta ta’ tali klawżola u

ma tipprekludix lil din il-qorti milli tneħħi din il-klawżola fil-każ li hija kellha tikkonkludi li din hija ta’ natura “inġusta” fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


Top