Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0413

    Kawża C-413/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Gravenhage – il-Pajjiżi l-Baxxi) – FNV Kunsten Informatie en Media vs Staat der Nederlanden (Rinviju preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Ftehim kollettiv ta’ xogħol — Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom — Kunċett ta’ “impriżi”  — Kunċett ta’ “ħaddiem” )

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Gravenhage – il-Pajjiżi l-Baxxi) – FNV Kunsten Informatie en Media vs Staat der Nederlanden

    (Kawża C-413/13) (1)

    ((Rinviju preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Ftehim kollettiv ta’ xogħol - Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom - Kunċett ta’ “impriżi” - Kunċett ta’ “ħaddiem”))

    (2015/C 046/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Gerechtshof te 's-Gravenhage

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: FNV Kunsten Informatie en Media

    Konvenut: Staat der Nederlanden

    Dispożittiv

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom, imsieħba ma’ waħda mill-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema bil-kuntratt, li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, l-istess attività bħall-ħaddiema ta’ din il-persuna li timpjega, ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE biss jekk dawn il-fornituri jikkostitwixxu “persuni li ma jaħdmux għal rashom verament”, jiġifieri fornituri li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema msemmija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.


    (1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


    Top