Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0249

    Kawża C-249/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Pau – Franza) – Khaled Boudjlida vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra marbutin mal-moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’residenza irregolari li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ taffettwa l-interessi tiegħu — Deċiżjoni ta’ ritorn — Dritt għal smigħ qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ ritorn — Kontenut ta’ dan id-dritt)

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Pau – Franza) – Khaled Boudjlida vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques

    (Kawża C-249/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra marbutin mal-moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’residenza irregolari li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ taffettwa l-interessi tiegħu - Deċiżjoni ta’ ritorn - Dritt għal smigħ qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ ritorn - Kontenut ta’ dan id-dritt))

    (2015/C 046/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif de Pau

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Khaled Boudjlida

    Konvenut: Préfet des Pyrénées-Atlantiques

    Dispożittiv

    Id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi, għal ċittadin minn pajjiż terz li għandu residenza irregolari, id-dritt li jesprimi, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tikkonċernah, l-opinjoni tiegħu dwar il-legalità tar-residenza tiegħu, dwar l-eventwali applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6(2) sa (5) tal-imsemmija direttiva kif ukoll dwar il-modalitajiet tar-ritorn tiegħu.

    Min-naħa l-oħra, id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-awtorità nazzjonali kompetenti la li tinforma lil dan iċ-ċittadin, qabel is-smigħ organizzat bil-għan tal-imsemmija adozzjoni, bil-fatt li hija għandha l-intenzjoni tadotta fir-rigward tiegħu deċiżjoni ta’ ritorn, la li tikkomunikalu l-punti li fuqhom hija għandha l-intenzjoni tibbaża din id-deċiżjoni u lanqas li tagħtih terminu ta’ riflessjoni qabel ma tiġbor l-osservazzjonijiet tiegħu, peress li dan iċ-ċittadin għandu l-possibbiltà jesprimi, b’mod utli u effettiv, l-opinjoni tiegħu fir-rigward tal-irregolarità tar-residenza tiegħu u tar-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw, skont id-dritt nazzjonali, li din l-awtorità tastjeni milli tadotta deċiżjoni ta’ ritorn.

    Id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu residenza irregolari jista’ jirrikorri, qabel l-adozzjoni mill-awtorità amministrattiva nazzjonali kompetenti ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tikkonċernah, għal konsulent legali sabiex jibbenefika mill-assistenza ta’ dan tal-aħħar waqt is-smigħ tiegħu minn din l-awtorità, bil-kundizzjoni li l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ma jaffettwax l-iżvolġiment korrett tal-proċedura ta’ ritorn u ma jikkompromettix l-implementazzjoni effettiva tad-Direttiva 2008/115.

    Madankollu, id-dritt għal smigħ f’kull proċedura, kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115 u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jassumu r-responsabbiltà għal din l-assistenza fil-kuntest tal-għajnuna legali mingħajr ħlas.


    (1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


    Top