EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0118

Kawża C-118/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Hamm – il-Ġermanja) – Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju fil-każ ta’ mewt)

ĠU C 282, 25.8.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Hamm – il-Ġermanja) – Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

(Kawża C-118/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Leave annwali mħallas - Kumpens finanzjarju fil-każ ta’ mewt))

2014/C 282/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gülay Bollacke

Konvenuta: K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattiki nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu li d-dritt għal-leave annwali mħallas jispiċċa mingħajr ma jingħata d-dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud, meta r-relazzjoni ta’ impjieg tiġi tterminata minħabba l-mewt tal-ħaddiem. Il-benefiċċju ta’ tali kumpens ma jistax jiddependi fuq talba minn qabel mill-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


Top