Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0060

    Kawża C-60/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 3 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom — Artikolu 8 — Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 — Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 — Rifjut li riżorsi proprji jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Informazzjonijiet tariffarji ristretti żbaljati — Importazzjonijiet ta’ tewm fi stat frisk inkwantu tewm iffriżat — Imputabbiltà tal-iżball lill-awtoritajiet doganali nazzjonali — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri)

    ĠU C 159, 26.5.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 159/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-60/13) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom - Artikolu 8 - Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 - Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 - Rifjut li riżorsi proprji jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea - Informazzjonijiet tariffarji ristretti żbaljati - Importazzjonijiet ta’ tewm fi stat frisk inkwantu tewm iffriżat - Imputabbiltà tal-iżball lill-awtoritajiet doganali nazzjonali - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri))

    2014/C 159/12

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u L. Flynn, aġenti)

    Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brighouse u J. Beeko, aġenti, assistiti minn K. Beal QC)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 4(3) UE, tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom [proprji] tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200) u tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2028/2004, tas-16 ta’ Novembru 2004

    Dispożittiv

    1)

    Billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni l-ammont ta’ GBP 20 061 462.11 korrispondenti għad-dazji dovuti fuq l-importazzjonijiet ta’ tewm fl-istat frisk koperti minn informazzjoni tariffarja ristretta żbaljata, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom [proprji] tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2028/2004, tas-16 ta’ Novembru 2004.

    2)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 141, 18.05.2013


    Top