Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0533

    Kawża T-533/12: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Diċembru 2012 — IBSolution vs UASI — IBS (IBSolution)

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/19


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2012 — IBSolution vs UASI — IBS (IBSolution)

    (Kawża T-533/12)

    2013/C 46/35

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: IBSolution GmbH (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IBS AB (Solna, l-Isvezja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara li r-rikors huwa fondat;

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 771/2011-2;

    tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 771/2011-2, billi tagħti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “IBSolution” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8421877

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 38729 tat-trade mark figurattiva “IBS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top