This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0440
Case T-440/12: Action brought on 5 October 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías v Commission
Kawża T-440/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Ottubru 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummisjoni
Kawża T-440/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Ottubru 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummisjoni
ĠU C 373, 1.12.2012, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/12 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummisjoni
(Kawża T-440/12)
2012/C 373/19
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla, skont l-Artikolu 264TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing; |
— |
titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipproduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta’ fatt u/jew ta’ liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa’ t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ Proderac, ta’ CB, ta’ ITAS, ta’ OriMartin, ta’ Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ArcelorMittal; |
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk tal-Kawża T-438/12, Global Street Wire vs Il-Kummissjoni.