This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0354
Case T-354/12: Action brought on 3 August 2012 — Afepadi and Others v Commission
Kawża T-354/12: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2012 — Afepadi et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-354/12: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2012 — Afepadi et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 295, 29.9.2012, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/30 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2012 — Afepadi et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-354/12)
2012/C 295/54
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Asociación Española de Fabricantes de Preparados alimenticios especiales, dietéticos y plantas medicinales (Afepadi) (Barcelona, Spanja), Elaborados Dietéticos, SA (Spanja), Nova Diet, SA (Burgos, Spanja), Laboratorios Vendrell, SA (Spanja), Ynsadiet, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Velázquez González, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-premessi 11, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 peress li huma ta’ preġudizzju serju għall-interessi tar-rikorrenti. |
— |
għall-finijiet ta’ ċertezza legali, tiddikjara l-ħtieġa li ċ-ċaħda tal-vantaġġi għas-saħħa previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha ssir permezz ta’ att leġiżlattiv. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjez ta’ din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fis-16 ta’ Mejju 2012 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 432/2012, li permezz tiegħu hija stabbilita lista ta’ stqarrijiet awtorizzati dwar vantaġġi għas-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1). Dan ir-regolament jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
F’dan ir-rigward huma jiddikjaraw li, minkejja x-xogħlijiet li saru, il-kompitu tal-Kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 li tadotta lista Komunitarja ta’ stqarrijiet permessi, ma kienx ġie kkompletat fl-intier tiegħu, peress li mhux l-istqarrijiet kollha dwar vantaġġi għas-saħħa suġġetti għall-evalwazzjoni tal-EFSA kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni. Għaldaqstant hemm numru kbir ta’ stqarrijiet li għandhom jiġu evalwati għall-ewwel darba jew sabiex jiġu evalwati iktar bir-reqqa, fejn fosthom hemm dawk relatati ma’ sustanzi botaniċi, li r-rikorrenti jużaw abitwalment fil-prodotti tal-ikel tagħhom.
B’hekk, l-operaturi tal-ikel produtturi jew l-utenti tas-sustanzi botaniċi jafu b’ċertezza liema huma l-vantaġġi għas-saħħa bbażati fuq provi xjentifiċi aċċettati b’mod ġenerali (il-222 stqarrijiet ta’ vantaġġi għas-saħħa diġà awtorizzati) li jistgħu jintużaw fil-prodotti tagħhom, iżda huma ma ġewx infurmati bl-istess mod (permezz ta’ regolament) dwar is-sitwazzjoni tal-istqarrijiet li ma jinsabux fil-lista ta’ dawk awtorizzati; dwar jekk l-evalwazzjoni tagħhom għadhiex pendenti jew jekk jeħtiġux evalwazzjoni ulterjuri, jekk ġewx miċħuda, jekk humiex awtorizzati jew le u dwar meta jew f’liema termini.
(1) ĠU L 136, p. 1.
(2) ĠU L 404, p. 9.