Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0301

Kawża T-301/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Lulju 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni

ĠU C 250, 18.8.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/20


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/12)

2012/C 250/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, Barrister, M. Utges Manley u M. Barnden, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2012 li tirrifjuta awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ “Orphacol — Cholic acid”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser kemm ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (1) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (2) peress li l-Kummissjoni ma kinitx intitolata tibda mill-ġdid il-proċedura tal-komitoloġija b’abbozz ta’ deċiżjoni sostantivament identika għall-verżjoni li diġà ġiet miċħuda mill-Kumitat Permanenti u mill-Kumitat tal-Appell, u lanqas ma kellha s-setgħa li tadotta d-deċiżjojni kkontestata.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija fi kwalunkwe każ ivvizzjata minn żbalji fundamentali ta’ liġi fl-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE (kif emendata) (3).


(1)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13)

(2)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)

(3)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)


Top