EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0296
Case T-296/12: Action brought on 2 July 2012 — Health Food Manufacturer’s Association and Others v Commission
Kawża T-296/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2012 — Health Food Manufacturer’s Association et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-296/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2012 — Health Food Manufacturer’s Association et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 250, 18.8.2012, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 250/19 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — Health Food Manufacturer’s Association et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/12)
2012/C 250/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Health Food Manufacturer’s Association (East Molesey, ir-Renju Unit); Quest Vitamins Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit); Natures Aid Ltd (Kirkham, ir-Renju Unit); Natuur- & gezonheidsProducten Nederland (Ermelo, l-Olanda); u New Care Supplements BV (Oisterwijk, l-Olanda) (rappreżentanti: B. Kelly u G. Castle, Solicitors, u P. Bogaert, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1); |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2012 li tadotta lista ta’ indikazzjonijiet awtorizzati dwar is-saħħa u li tistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa msejħa pendenti li la huma miċħuda u lanqas awtorizzati mill-Kummissjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi, fejn jallegaw li r-Regolament ikkontestat huwa illegali għal dawn ir-raġunijiet:
(1) |
L-ewwel motiv:
|
(2) |
It-tieni motiv:
|
(3) |
It-tielet motiv:
|