This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0219
Case T-219/12: Action brought on 28 May 2012 — Saobraćajni institut CIP v Commission
Kawża T-219/12: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Mejju 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
Kawża T-219/12: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Mejju 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
ĠU C 227, 28.7.2012, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/24 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/12)
2012/C 227/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla sejħa għal offerti ppubblikata fis-27 ta’ Marzu 2012, dwar it-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija intitolat “L-irduppjar u l-aġġornament tal-kurutur ferrovjarju Xb li hemm, it-taqsima Novi Sad (minbarra fejn jiltaqgħu l-linji tal-ferrovija)-Subotica-il-fruntiera Ungeriża”, skont ir-regoli ta’ interoperabbiltà tal-UE, AGC, AGTC u l-Ftehim SEECP (ĠU 2012/S 60-096517), li teskludi lir-rikorrenti milli tipparteċipa fiha; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tagħtiha danni fuq il-bażi tad-dannu pekunjarju allegat; |
— |
tordna li l-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv isostni
|
(2) |
It-tieni motiv isostni
|
(3) |
It-tielet motiv isostni
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006, tas-17 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, p. 82)