Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0132

Kawża T-132/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Marzu 2012 — Scooters India vs UASI — Brandconcern (LAMBRETTA)

ĠU C 165, 9.6.2012, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/24


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2012 — Scooters India vs UASI — Brandconcern (LAMBRETTA)

(Kawża T-132/12)

2012/C 165/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scooters India Ltd (Sarojini Nagar, l-Indja) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brandconcern BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-parti tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2012 Każ R 2308/2010-1, li fiha l-appell tar-rikorrenti kontra r-revoka tat-trade mark fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha għal prodotti fil-klassijiet 6 u 7, ġie miċħud; u

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż inkorsi minnha quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LAMBRETTA”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 7 u 28 — reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1618982

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Raġunijiet tat-talba għal invalidità: il-parti bbażat it-talba tagħha skont l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Huwa sostnut li l-Bord tal-Appell wettaq żball fi tliet aspetti fl-evalwazzjoni tiegħu tal-provi skont l-Artikolu 51(1)(ċ). Kieku l-Bord tal-Appell applika korrettament il-ġurisprudenza fil-Kawża T-415/09 Vallis vs New Yorker u/jew La Mer Technology Inc vs Laboratoires Goëmar SA (Kawża C-259/02) u/jew eżamina l-evidenza kien jiddeċiedi li kien hemm użu ġenwin ta’ prodotti fil-klassijiet 6 u 7 bil-kunsens ta’ SIL.


Top