Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0119

    Kawża T-119/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2012 — USFSPEI u Loescher vs Il-Kunsill

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/21


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 — USFSPEI u Loescher vs Il-Kunsill

    (Kawża T-119/12)

    2012/C 165/37

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) (Brussell, il-Belġju) u Bernd Loescher (Rhode Saint Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom;

    tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent Loescher kif ukoll lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, l-arretrati tar-remunerazzjoni u l-pensjoni li għandhom dritt għalihom mill-1 ta’ Lulju 2011 flimkien mal-intessi moratorji kkalkulati, sa mid-data minn meta saru dovuti l-arretrati, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għat-transazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid biż-żieda ta’ żewġ punti;

    tikkundanna lill-Kunsill iħallas lill-USF u lir-rikorrenti EUR 1 simboliku bħala kumpens tad-danni morali subiti minħabba l-iżball fis-servizz imwettaq bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi ibbażati:

    minn naħa fuq il-ksur tal-Artikoli 64, 65 u 66a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 1 u 3 tal-Annesss XI tiegħu, tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ koerenza, li jirriżultaw mill-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u l-obbligu li jirriżulta mill-prinċipju patere legem quam ipse fecisti, u

    min-naħa l-oħra, fuq ksur tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 1981, li tistabbilixxi proċedura ta’ konsultazzjoni tripartitika meta ma żgurax li l-fehmiet tal-persunal u tal-awtoritajiet amministrattivi jsiru effettivament magħrufa mir-rappreżentanti tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.


    Top