Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0115

    Kawża T-115/12: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Marzu 2012 — Buzil-Werk Wagner vs UASI — Roca Sanitario (Roca)

    ĠU C 157, 2.6.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 157/7


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 — Buzil-Werk Wagner vs UASI — Roca Sanitario (Roca)

    (Kawża T-115/12)

    2012/C 157/12

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG (Memmingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Waldhauser avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1907/2010-4) u tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Roca Sanitario, SA, Av. Diagonal, 513, E-08029, Barcelona (Spanja).

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Roca” għal prodotti fil-klassi 3 (Applikazzjoni Nru 6 800 726)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Roca Sanitario, SA

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Spanjola “Roca” (Trade marks Nru 1 020 043, Nru 2 543 451, Nru 824 875 u Nru 915 635) għal ċerti prodotti fil-klassijiet 19 u 21 kif ukoll it-trade mark internazzjonali “Roca” (Trade mark Nru 905 212) għal ċerti prodotti fil-klassijiet 11, 19, 20 u 21

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal trade mar Komunitarja rrifjutata fir-rigward tal-prodotti kollha koperti mill-applikazzjoni

    Motivi invokati: ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


    Top