EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0085
Case T-85/12: Action brought on 21 February 2012 — Lilleborg v OHIM — Hardford (Pierre Robert)
Kawża T-85/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2012 — Lilleborg vs UASI
Kawża T-85/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2012 — Lilleborg vs UASI
ĠU C 118, 21.4.2012, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/31 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2012 — Lilleborg vs UASI
(Kawża T-85/12)
2012/C 118/52
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lilleborg AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Ullberg u M. Plogell, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hardford AB (Limhamn, l-Isvezja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ R 2462/2010-1, u tordna lill-UASI jeżamina l-provi prodotti mir-rikorrenti dwar l-eżistenza, il-validità u l-portata tat-trade mark preċedenti; |
— |
jew, sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell u tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8541849 “Pierre Robert”; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pierre Robert”, għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 3, 5 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8541849
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva “PIERRE ROBERT”, irreġistrata fl-Isvezja taħt in-Numru 164251, għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, u tal-Artikoli 76(8) u 8(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: i) injora d-dritt tiegħu li jeżamina ex officio l-fatti u li jieħu inkunsiderazzjoni fatti li jidhru li jistgħu jaffettwaw l-eżitu tal-oppożizzjoni; ii) wettaq żball ta’ liġi meta ma kkunsidrax it-trade mark “PIERRE ROBERT” bħala trade mark li għandha reputazzjoni; iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-provi (inklużi fl-Anness 1) marbuta mat-tressiq tal-oppożizzjoni; u iv) wettaq żball meta ma aċċettax iċ-ċertifikat tal-Uffiċċju Svediż tal-Privattivi ppreżentat qabel ma ngħatat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.