This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TB0345
Case T-345/12 R: Order of the President of the General Court of 16 November 2012 — Akzo Nobel and Others v Commission (Interim relief — Competition — Publication of a decision finding an infringement of Article 81 EC — Rejection of claim for confidential treatment of information provided to the Commission pursuant to its Leniency Notice — Application for interim measures — Urgency — Prima facie case — Weighing up of interests)
Kawża T-345/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2012 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-kooperazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi” )
Kawża T-345/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Novembru 2012 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-kooperazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi” )
ĠU C 9, 12.1.2013, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/37 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2012 — Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/12 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-komunikazzjoni tagħha dwar il-kooperazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)
2013/C 9/68
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Nobel Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isveżja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isveżja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u l-mandat tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri ta’ kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 — Idroġenu perossidu u perborat), u talba għal miżuri provviżorji bil-għan li tiġi ordnata ż-żamma tat-trattament kunfidenzjali mogħti lil ċerta informazzjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti għal dak li jikkonċerna d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/903/KE, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals Holding, Eka Chemicals, Degussa AG, Edison SpA, FMC Corporation, FMC Foret S.A., Kemira OYJ, L’Air Liquide SA, Chemoxal SA, Snia SpA, Caffaro Srl, Solvay SA/NV, Solvay Solexis SpA, Total SA, Elf Aquitaine SA u Arkema SA (Każ COMP/F/C.38.620 — Idroġenu perossidu u perborat) (ĠU L 353, p. 54).
Dispożittiv
(1) |
L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3533, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tiċħad it-talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB, abbażi tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) hija sospiża. |
(2) |
Il-Kummissjoni hija ordnata tastjeni milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/903/KE, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals Holding, Eka Chemicals, Degussa AG, Edison SpA, FMC Corporation, FMC Foret S.A., Kemira OYJ, L’Air Liquide SA, Chemoxal SA, Snia SpA, Caffaro Srl, Solvay SA/NV, Solvay Solexis SpA, Total SA, Elf Aquitaine SA u Arkema SA (Każ COMP/F/C.38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), li tkun iktar dettaljata, sa fejn tikkonċerna lil Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals Holding u Eka Chemicals, minn dik ippubblikata f’Settembru 2007 fis-sit internet tagħha. |
(3) |
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżjori huwa miċħud. |
(4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |