Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0507

    Kawża T-507/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Produzzjoni ta’ tagħmir ta’ divertiment — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputabbiltà lill-Istat — Kriterju ta’ investitur privat”)

    ĠU C 98, 14.3.2016, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-507/12) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Produzzjoni ta’ tagħmir ta’ divertiment - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat”))

    (2016/C 098/35)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u A. Grum, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche, M. Kocjan u B. Rous Demiri, aġenti, inizjalment assistiti minn M. Ulčar u M. Ménard, sussegwentement minn M. Ménard, P. Božičko u A. Krošel, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE, tad-19 ta’ Settembru 2012, dwar il-miżuri SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10), implementati mis-Slovenja favur il-kumpannija Elan d.o.o. (ĠU 2014, L 144, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 32, 2.2.2013.


    Top