EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0356

Kawża T-356/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ April 2014 – Debonair Trading Internacional vs UASI – Ibercosmetica (SÔ:UNIC) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ:UNIC — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO…?, SO…? ONE, SO…? CHIC u trade marks verbali mhux irreġistrati — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Familja ta’ trade marks — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Ammissibbiltà tal-oppożizzjoni” ]

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2014 – Debonair Trading Internacional vs UASI – Ibercosmetica (SÔ:UNIC)

(Kawża T-356/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ:UNIC - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO…?, SO…? ONE, SO…? CHIC u trade marks verbali mhux irreġistrati - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Familja ta’ trade marks - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Ammissibbiltà tal-oppożizzjoni”])

2014/C 159/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, Madère) (rappreżentant: T. Alkin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ibercosmetica, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional Lda u Ibercosmetica, SA de CV.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell ċaħad bħala inammissibbli l-oppożizzjoni fondata fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, fid-dawl tas-sinjali invokati minn Debonair Trading Internacional Lda fir-rigward tar-Renju Unit u l-Irlanda.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012


Top