This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0061
Case F-61/12: Action brought on 11 June 2012 — ZZ and ZZ v Commission
Kawża F-61/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-61/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 227, 28.7.2012, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/38 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-61/12)
2012/C 227/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠE l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Jannulla d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tar-rikorrenti intiżi għall-applikazzjoni tad-DĠE u tar-rati ta’ kalkolu fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tagħhom; |
— |
sakemm ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjonijiet rigward il-kalkolu taż-żieda fil-valur tad-drittijiet tal-pensjoni tagħhom miksuba qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Kummissjoni |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |