Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0103

    Kawża F-103/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta’ Novembru 2013 — Doyle vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat — Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/21


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 — Doyle vs Europol

    (Kawża F-103/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

    2013/C 377/48

    Lingwa tal-kawża:l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Margaret Doyle (Noordwijkerhout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Doyle vs Europol, F-37/09, li permezz tagħha Europol tat lir-rikorrent somma f’daqqa bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilu mid-deċiżjoni li ġiet annullata mill-imsemmija sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ta lil M. Doyle is-somma ta’ EUR 3 000 bil-għan li tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Doyle vs Europol (F-37/09), hija annullata.

    (2)

    L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn M. Doyle.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 70.


    Top