This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0458
Case C-458/12: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale di Trento (Italy) lodged on 11 October 2012 — Lorenzo Amatori and Others v Telecom Italia SpA, Shared Service Center Srl
Kawża C-458/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trento (l-Italja) fil- 11 ta’ Ottubru 2012 — Lorenzo Amatori et vs Telecom Italia SpA u Shared Service Center Srl
Kawża C-458/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trento (l-Italja) fil- 11 ta’ Ottubru 2012 — Lorenzo Amatori et vs Telecom Italia SpA u Shared Service Center Srl
ĠU C 389, 15.12.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trento (l-Italja) fil-11 ta’ Ottubru 2012 — Lorenzo Amatori et vs Telecom Italia SpA u Shared Service Center Srl
(Kawża C-458/12)
2012/C 389/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lorenzo Amatori et
Konvenuti: Telecom Italia SpA u Shared Service Center Srl
Domandi preliminari
(1) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ “trasferiment ta’ parti minn impriża” (b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b), b’riferiment għall-Artikolu 3(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001 (1)) tipprekludi regola interna, bħal dik prevista fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili, li tippermetti s-suċċessjoni taċ-ċessjonarju fir-relazzjonijiet ta’ xogħol ta’ min jagħmel it-trasferiment, mingħajr ma jkun neċessarju li l-impjegati ttrasferiti jagħtu l-kunsens tagħhom, inkluż fl-ipoteżi fejn il-parti tal-impriża ttrasferita ma tikkostitwixxix entità ekonomika funzjonalment awtonoma u li kienet diġà teżisti qabel it-trasferiment u li tista’ tiġi kkwalifikata bħala tali minn min jagħmel it-trasferiment u miċ-ċessjonarju fil-mument tat-trasferiment tagħha? |
(2) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ “trasferiment ta’ parti minn impriża” (b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b), b’riferiment għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001) tipprekludi regola interna, bħal dik prevista fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 2112 tal-Kodiċi Ċivili, li tippermetti s-suċċessjoni taċ-ċessjonarju fir-relazzjonijiet ta’ xogħol ta’ min jagħmel it-trasferiment, mingħajr ma jkun neċessarju li l-impjegati ttrasferiti jagħtu l-kunsens tagħhom, inkluż fl-ipoteżi fejn, wara t-trasferiment, l-impriża li tagħmel it-trasferiment teżerċita, fir-rigward taċ-ċessjonarju, kontroll kbir u suprem li jimmanifesta ruħu permezz ta’ relazzjoni kummerċjali stretta u tqassim tar-riskju tal-impriża? |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).