Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0442

    Kawża C-442/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit- 3 ta’ Ottubru 2012 — Jan Sneller vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Jan Sneller vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV

    (Kawża C-442/12)

    2013/C 9/49

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jan Sneller.

    Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV.

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344/KE (1) jawtorizza lil assiguratur ta’ spejjeż legali, li fil-polzi tiegħu jipprovdi li l-assistenza legali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi tkun bħala prinċipju pprovduta mill-ħaddiema tal-assiguratur, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż ta’ assistenza legali pprovduta minn avukat jew minn rappreżentant legali magħżula liberament mill-persuna assigurata jkunu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern?

    (2)

    Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti skont jekk l-assistenza legali hija jew ma hijiex obbligatorja fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).


    Top