Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0383

Kawża C-383/12: Appell ippreżentat fit- 8 ta’ Awwissu 2012 minn Environmental Manufacturing LLP mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit- 22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-570/10 — Environmental Manufacturing LLP vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 331, 27.10.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/13


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 minn Environmental Manufacturing LLP mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-570/10 — Environmental Manufacturing LLP vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-383/12)

(2012/C 331/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Environmental Manufacturing LLP (rappreżentanti: S. Malyniez, Barrister, M. Atkins, Solicitor, K. Shadbolt, avukat speċjalizzat fit-trade marks)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Société Elmar Wolf

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fit-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-570/10 u tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-kawża.

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

F’konformità mas-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2008, Intel Corporation (C-252/07, Ġabra 2008 p. I-8823), il-prova li l-użu tat-trade mark sussegwenti tikkawża dannu jew tista’ tikkawża dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti tirrikjedi li jiġi ppruvat li hemm xi biddla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hija rreġistrata wara l-użu tat-trade mark sussegwenti jew riskju serju li tibdil bħal dan iseħħ fil-futur. Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ma talbitx għal din il-prova, iżda kkonkludiet li kien biżżejjed li sempliċiment it-trade mark preċedenti ddgħajjef il-kapaċità ta’ din it-trade mark li tidentifika l-prodotti jew is-servizzi li għalihom hija rreġistrata u użata bħala li joriġinaw mill-proprjetarju tal-imsemmija trade mark, peress li l-użu tat-trade mark sussegwenti jwassal għat-tnaqqis gradwali mis-saħħa tal-identità tat-trade mark preċedenti u tal-influwenza tagħha fuq il-pubbliku.


Top