Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0369

    Kawża C-369/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Brașov (ir-Rumanija) fit- 2 ta’ Awwissu 2012 — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central vs Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov

    ĠU C 343, 10.11.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Brașov (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2012 — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central vs Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov

    (Kawża C-369/12)

    2012/C 343/04

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Brașov

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central, li qed jirrappreżentaw lir-rikorrenti Chițea Constantin et

    Konvenuti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-disposizzjonijiet magħquda tat-tieni sentenza tal-Artikolu 51(1) u tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-impjegati jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi drittijiet għandhom l-istess drittijiet bħal dawk tal-kumpanniji kummerċjali b’kapital pubbliku jew issussidjati mill-baġit tal-Istat?

    (2)

    Id-disposizzjonijiet magħquda tat-tieni sentenza tal-Artikolu 51(1) u tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-diskriminazzjoni bejn impjegati mħallsa minn fondi pubbliċi u dawk ta’ kumpanniji kummerċjali b’kapital pubbliku jew issussidjati mill-baġit tal-Istat?

    (3)

    Is-sintamma “proprjetà tagħha” (dawk taċ-ċittadin) li tinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tinkludi wkoll id-dritt għal salarju?

    (4)

    Is-sintamma “fl-interess pubbliku” li tinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens ta “kriżi ekonomika”?

    (5)

    Is-sintamma “l-użu tal-proprjetà … safejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku” li tinsab fit-tielet sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ “tnaqqis tar-remunerazzjonijiet tal-persunal fis-settur pubbliku b’25 %”?

    (6)

    Jekk l-Istat Rumen inaqqas b’25 % ir-remunerazzjoni tal-persunal mħallas minn fondi pubbliċi, billi jinvoka l-kriżi ekonomika u l-ħtieġa li jibbilanċja mill-ġdid il-baġit tal-Istat, it-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Rumen huwa meħtieġ iħallas fi żmien utli kumpens ġust lill-persunal ikkonċernat għat-telf subit minnhom?


    Top