Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0356

Kawża C-356/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 27 ta’ Lulju 2012 — Wolfgang Glatzel vs Freistaat Bayern

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2012 — Wolfgang Glatzel vs Freistaat Bayern

(Kawża C-356/12)

2013/C 9/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wolfgang Glatzel

Konvenuta: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

Il-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE, tal-25 ta’ Awwissu 2009 (2), hija konformi mal-Artikoli 20, 21(1) u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din id-dispożizzjoni teżiġi mill-kandidati għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan għall-kategoriji C1 u C1E, mingħajr l-ebda possibbiltà ta’ deroga, akutezza minima fil-vista ta’ 0.1 fl-agħar għajn, anki meta l-vista ta’ dawn il-persuni hija binokkja u li għandhom kamp tal-vista normali fiż-żewġ għajnejn?


(1)  ĠU L 403, p. 18.

(2)  GU L 223, p. 31.


Top